Local Sports
Commonwealth Games: Ir-Reġina Eliżabetta tagħti l-baton għall-bidu tar-relay

Ir-Reġina Eliżabetta tagħat il-bidu għar-relay tal-baton tal-Commonwelath Games illum f’Buckingham Palace.

Il-baton se tkun qed tgħaddi minn 71 pajjiż differenti tal-Commonwealth u tasal f’Malta t-Tnejn li ġej sakemm tmur lura f’Birmingham għal bidu tal-Logħob f’Lulju li ġej.

Flimkien ma’ binha, il-Prinċep Edward, ir-Reġina Eliżabetta bdiet ir-relay billi għaddiet il-baton lill-atleta Parolimpika Ingliża Kadeena Cox.

Illum, Malta kienet rappreżentata f’Buckingham Palace għal din iċ-ċerimonja minn Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti u minn Charlene Attard, Chef de Mission tal-kontinġent Malti għal-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham is-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport