Commonwealth2014 – Riżultati mħallta fil-Lawn Bowls u telfa fil-Judo għall-Malta

Fil-Lawn Bowls tasal l-ewwel rebħa għall-atleta Maltija Carmen Spiteri fis-singles tan-nisa sezzjoni C, hija għelbet lil Alofa Adam ta’ Samoa bl-iskor ta’ 21-12.

B’hekk Carmen Spiteri fil-klassifika ta’ sessjoni Ċ tinsab qabel l-aħħar post, b’rebħa waħda u erba telfiet minn ħames logħbiet sa issa.

Ftit tad-diżappunt fil-Mens Pairs tal-irġiel, fejn f’sezzjoni Ċ, Leonard Callus u John Parnis, tilfu kontra l-leaders tas-sezzjoni Malasja tmienja u għoxrin b’sebgħa, u dan wara li fil-jum ta’ qabel il-koppja Maltija kisbu żewġ rebħiet meta għelbu lil Kanada u lil Papua New Guinea.

Minn ħames logħbiet Callus u Parnis sa issa kisbu tliet rebħiet u żewġ telfiet.

Fil-Judo telfa għall-judoka Isaac Bezzina fil-fażi preliminari l-aħħar sittax fil-kategorija disgħin kilogramma kontra l-judoka Awstraljan Mark Anthony.

U dan qabel l-istennija għal Ħadd meta jidħlu fl-azzjoni ż-żewġ tiraturi William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb li fil-ħdax ta’ fil-għodu jikkompetu fis-sessjoni ta’ kwalifika fid-double trap tal-isparar, bit-tama li jagħmluha għal-finali iktar tard wara nofsinhar.

Miktub minn...
Rodney Vassallo