Sparar
Compak Sporting: Ippreżentati ċ-ċertifikati lill-parteċipanti

L-FKNK, ir-rappreżentanti lokali tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ Sparar Sportiv b’Armi tan-Nar tal-Kaċċa, organizzat kors għar-referees fid-dixxiplina rispettiva ta’ ‘Compak Sporting’.

Dan il-kors, li sar dalgħodu, fir-range tal-Malta Shooting Sports Federation fil-Bidnija, kien taħt il-gwida tal-lecturer Hugh Smith.

Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għall-Isport, ippreżenta ċ-ċertifikati relattivi lill-parteċipanti u faħħar l-impenn ta’ dawk kollha li ħadu sehem.

Grima reġa’ wiegħed li x-shooting range f’Ta’ Kandja se tkun lesta sal-aħħar ta’ Mejju li ġej għat-Tazza tad-Dinja tal-isparar li se tkun qed issir għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Clifton Grima qal li l-għażla tal-art f’Ta’ Kandja ttieħdet għaliex kienet l-aktar waħda għaqlija fuq art tal-Gvern abbandunata ta’ 26 tomna u li kienet imwarrba.

Grima żied jgħid li hekk kif tgħaddi t-Tazza tad-Dinja f’pajjiżna f’Ġunju li ġej, ix-xogħol fuq din l-art f’Ta’ Kandja se jkompli biex jitlestew ir-ranges l-oħra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ l-ewwel MSSF Trap Selection tas-sena 2019 hekk kif spiċċa l-ewwel quddiem Nicky Carabott u Frank Scorfna fil-kompetizzjoni li saret bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-Bidnija. Is-Sibt it-tiraturi…

Sparar

Sparar: William Chetcuti fi tmiem il-ġimgħa rebaħ it-tieni edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap. Fit-tieini post spiċċa John Marmara u fit-tielet post Christopher Vella. Il-kompetizzjoni kienet organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Il-Komeptizzjoni li…

Local Sports

Il- Federazzjoni Maltija tal-Isparar kienet strumentali biex il- Federazjoni Germaniża giet għal kamp ta’ taħriġ f’Malta. Il- kontinġent Germaniż kien magħmul minn erbatax-il tiratur u sitt uffiċċjali. Il- kamp serva…

Sparar

Fl-indoor range tal- Bidnija,  l-Air Rifle & Pistol Shooting Club organizzaw il-ħames appuntament tal-istaġun.  Fit- 10m Air Pistol ħarget rebbieħa Eleanor Bezzina segwita minn Stephen Vassallo b’Raymond Cacciatolo jispicca fit-tielet…

Aktar