Oħrajn
Conor McGregor f’argument mar-rapper Machine Gun Kelly waqt l-MTV Video Music Awards

L-ex Champion tal-Ultimate Fighting, Conor McGregor u r-rapper Amerikan Machine Gun Kelly ħolqu drama sħiħa fuq it-tapit l-aħmar tal-MTV Video Music Awards, ilbieraħ fi New York.

Jidher li bejniethom kellhom jintervjenu l-membri tas-sigurtà hekk kif McGregor deher jitfa’ d-drink li kellu f’idu lil Kelly u deher anki li se jħebb għalih.

Jidher li Machine Gun Kelly, ta’ 31 sena, irrifjuta li jieħu ritratt ma’ Mc Gregor, bl-Irlandiż li ħadha bi kbira ħafna.

McGregor ta’ 35 sena kien preżenti fil-Barclays Center fi Brooklyn biex jippreżenta award.

Miktub minn...
TVM Sport