Fight Sports
Conor McGregor involut f’aggressjoni oħra, ikisser mobile ta’ persuna li ppruvat teħodlu ritratt

Il-ġellied tal-mixed martial arts Conor McGregor kien arrestat f’Miami Beach, l-Istati Uniti, ilbieraħ. Dan wara li ddaħħal rapport fit-Turner Guilford Knight Correctional Center ta’ Miami li McGregor kien kisser telefon ċellulari ta’ persuna u wara baqa’ sejjer bih imkisser kif kien. L-Irlandiż ta’ 30 sena ġie arrestat fuq akkużi ta’ serq u attività kriminali skont kif inħareġ l-affidavit għall-arrest tiegħu.

Il-każ inqala’ meta l-vittma u l-aggressur kienu ħerġin mill-Fountainbleau Hotel f’Miami, u tal-ewwel ipprova jieħu ritratt tal-idolu tiegħu bit-telefon ċellulari. Malli McGregor induna b’dan, rema t-telefon ċellulari tal-vittma fl-art u għaffġu b’saqajh diversi drabi, bil-valur tal-mobile jkun ta’ madwar €900.

Dan ma kienx l-ewwel każ t’aggressjoni min-naħa ta’ McGregor għaliex f’April tas-sena li għaddiet kellu tliet kawżi differenti fuq aggressività. L-Irlandiż inħeles aktar kmieni dalgħodu mill-kustodja tal-pulizija, imma s’issa għadu mhemmx indikazzjoni jekk hux ser jittieħdu passi ulterjuri kontrih.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Brittaniku Lewis Hamilton ser ikun qiegħed jassisti lill-mekkaniċi matul dawn il-ħmistax sabiex jgħinhom jinvestigaw x’mar ħażin fl-ewwel tellieqa ta’ dan l-istaġun fl-Awstralja. Il-ħames darbiet ċampjin tad-dinja kien l-aħjar matul il-provi…

Sports Internazzjonali

Il-Finlandiż Valteri Bottas rebaħ l-ewwel tiġrija tal-Grand Prix 2019 li saret dalgħodu f’Melbourne, l-Awstralja. Tiġrija li rat id-dominju tal-Mercedes hekk kif il-Brittaniku u Champion renjanti Lewis Hamilton spiċċa t-tieni. Max…

Aktar