MMA - UFC
Conor McGregor jerġa’ jirtira…. min se jieħdu bis-serjeta’ ?

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed jieqaf mill-attivita’ tal-MMA. Ta’ 31 sena hu għandu rekord ta’ 22 rebħa u erba’ telfiet. L-aħħar ġlieda tiegħu MMA kienet f’Jannar li għadda meta rebaħ lill-Amerikan Donald ‘Cowboy’ Cerrone f’40 sekonda f’Las Vegas.

McGregor kien ħabbar li se jirtira fl-2016 u fl-2019 qabel ma rritorna fil-gaġġa tal-MMA fix-xhur ta’ wara. Hu kien imħajjar ukoll jaqleb għall-Boxing fejn filfatt kellu ġlieda kontra Floyd Mayweather fl-2017 li kien tilef iżda kien daħħal somma tajba flus fil-kuntratt li kien iffirma għad-drittijiet tal-ġlieda.

Miktub minn...
TVM Sport
.