Fight Sports
Conor McGregor kontra Dustin Porier għat-tielet darba f’Lulju li ġej

L-ex two-weight UFC Champion Conor McGregor se jkun qed jiġġieled għat-tielet darba kontra Dustin Porier, li kien l-ewwel ġellied li rebaħlu b’knock out f’Jannar li għadda.

Il-ġlieda hi pjanata għall-10 ta’ Lulju li ġej.

McGregor kien rebaħ lil Poirer fi ġlieda għat-titlu featherweight lura fl-2014 iżda l-Irlaniż kien tilef miegħu meta t-tnejn iltaqgħu f’Abu Dhabi f’Jannar li għadda.

Il-UFC għadhom ma kkonfermawx dan l-avveniment iżda wisq probabbli l-ġlieda se tkun qed issir f’Las Vegas, f’Nevada.

 

Miktub minn...
TVM Sport