Fight Sports
Conor McGregor l-aktar sportiv sinjur tal-aħħar sena…daħħal €145M

Conor McGregor hu l-aktar sportiv li tħallas fl-aħħar sena.

Skont il-lista Forbes, McGregor daħħal €145M fl-aħħar 12-il xahar.

L-Irlandiż kien daħħal mas-€17M mill-ġlieda li kellu kontra Dustin Pirier, bil-kumplament tal-flus li ġew mill-bejgħ tad-ditta tiegħu tal-whiskey u flus iġġenerati tiegħu stess.

Lionel Messi ta’ Barcelona daħħal €107M mentri Cristiano Ronaldo ta’ Juventus daħħal €99M fl-aħħar 12-il xahar.

Fir-raba’ post tal-lista tal-aktar atleti li qalgħu flus fl-aħħar sena hemm Dak Prescott il-quarterback tal-NFL u fil-ħames post hemm il-plejer tal-basketball LeBron James.

L-uniku Ingliż fil-lista tal-ewwel 10 huwa s-sewwieq tal-Formula 1, Lewis Hamilton, li jinsab fit-tmien post bi qliegħ ta’ kważi €68M f’sena.

Miktub minn...
TVM Sport