Boxing
Conor McGregor u Floyd Mayweather Jr. jiġġieldu sbieħ il-Ħadd

Boxing Internazzjonali: Saret l-aħħar Konferenza Stampa qabel il-ġlieda tant mistennija bejn Conor McGregor u Floyd Mayweather Junior.

Kien l-atleta li ġej mid-dixxiplina tal-Mixed Martial Arts McGregor li instiga lill-avversarju tiegħu bi kliem mhux xieraq, bi Floyd Mayweather ma’ qagħdx lura u rrisponda u saħnet il-biha.

Il-ġlieda tant mistennija mid-dilettanti kollha tal-boxing se ssir nhar is-Sibt bil-lejl sbieħ il-Ħadd fit-T-Mobile arena f’Las Vegas u mistennija tibda għal ħabta tal-5am ħin ta’ Malta.

Irrispettivament mir-riżultat tal-ġlieda McGregr mistenni jdaħħal mad-90 miljun ewro u Mayweather se jkun qed idaħħal kważi d-doppju.

Miktub minn...
TVM Sport
.