Futbol internazzjonali
Conte jinsisti ma’ Inter biex jakkwistaw lil Oliver Giroud

F’laqgħa mad-diriġenti ta’ Inter, il-kowċ Antonio Conte għamel lill-attakant Franċiż Olivier Giroud bħala prijorita’ fis-suq tat-trasferimenti f’Jannar. Wara l-injury li sofra l-attakkant Ċilen Alexis Sanchez, Inter jinsabu jfittxu attakkant sabiex ikun ta’ kompetizzjoni għal Lautaro Martinez u Romelu Lukaku.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Giroud qiegħed isibha diffiċli sabiex jilagħab ma’ Chelsea minħabba l-forma li jinsabu fiha l-attakanti Tammy Abraham u Michy Batshuayi. Wara li diġa’ lagħab taħt il-gwida tal-kowċ Taljan Conte rapporti qed isostnu li Giroud jista’ jkun ta’ Inter għas-somma ta’ 7 miljun ewro.

Giroud skorja 5 gowls f’44 partita fil-Premier League Ingliz ma’ Chelsea filwaqt li taħt il-gwida tal-eks kowċ Maurizio Sarri hu kien involut fi 11-il gowl min erbatax-il partita biex għen lil Chelsea jirbħu l-UEFA Europa League f’Mejju li għadda.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Jurgen Klopp, il-Manager ta’ Liverpool, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-2024. Klopp ingħaqad ma’ Liverpool f’Ottubru tal-2015 u dakinhar kien iffirma kuntratt ta’ sitt snin. Il-kuntratt ta’ Klopp,…

Futbol internazzjonali

Minbarra l-poloz tar-Round tas-16 taċ-Champions League, nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru jittellgħu wkoll il-poloz tar-Round tat-32 tal-UEFA Europa League. Fl-urna ser ikun hemm l-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp ta’…

Futbol internazzjonali

Nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru, fil-kwartieri tal-UEFA f’Nyon, l-Iżvizzera, ser jittellgħu l-poloz tar-Round tas-16 tal-UEFA Champions League wara li matul din il-ġimgħa ġiet fi tmiemha l-fażi tal-gruppi. Tmien timijiet seeded,…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2019/20 Match Day 6 Grupp G Rangers 1 – 1 Young Boys 30min Alfredo Morelos 1-0 89min own goal Borna Barisic 1-1 FC Porto 3 – 2…

Aktar