Futbol internazzjonali
Conte mistenni jitlaq lil Chelsea, Sarri jistenna wara l-kwinti

Il-maniġer ta’ Chelsea Antonio Conte se jitlaq lill-klabb ta’ Londra, skont rapport li ħarġu fil-media Ingliża l-Ħamis. Conte rebaħ il-kampjonat fl-ewwel staġun li ngħaqad ma’ Chelsea, lura għall-2016, biss matul l-istaġun li għadda kien hemm inċertezza kbira fi Stamford Bridge, tant li t-tim spiċċa l-ħames fil-klassifika u allura tilef post fil-UEFA Champions League. Conte fadallu sena kuntratt ma’ Chelsea u fil-fatt qiegħed jieħu ħsieb lit-tim fil-pre-season. Biss, skont il-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentiis, Chelsea jinsabu viċin li jiffirmaw lil Maurizio Sarri li mistenni jieħu post Conte.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar