Futbol internazzjonali
Copa America – Grupp A: Il-Paragwaj fil-quċċata tal-grupp wara li ġew minn taħt kontra l-Bolivja

Paragwaj  3-1  Bolivja

Il-Paragwaj kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex għelbu lil Bolivja 3-1.

Wara biss 10 minuti l-Bolivja marru minn fuq mill-11-il metru u l-iskor baqa’ 1-0 sal-mistrieħ. Kmieni fit-tieni taqsima ż-żagħżugħ Jaume Cuellar ta’ 19-il sena dabbar it-tieni karta safra u ntbagħat fid-dressing room kmieni, bil-Paragwajani japprofittaw bis-superjorità numerika fil-grawnd.

Huma ġabu d-draw fit-62 minuta permezz ta’ Kaku, filwaqt li fil-65 minuta Angel Romero poġġihom għall-ewwel darba minn fuq. L-istess Romero għalaq il-logħba fit-80 minuta bit-tielet gowl.

B’din ir-rebħa l-Paragwaj jinsabu l-ewwel fi Grupp A, wara d-draw bejn l-Arġentina u ċ-Ċilì.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA