Futbol internazzjonali
Copa America: Luis Suarez jappella għal penalty għax il-goalkeeper avversarju tajjar il-ballun b’idu fil-kaxxa

Kulħadd jaf li l-Urugwajan Luis Suarez jitqatel waqt logħba futbol. Jagħmel minn kollox biex jiskurja, u jekk kemm-il darba ma jirnexxilux isib ix-xibka, jipprova kull tip ta’ manuvra sabiex b’xi mod jew ieħor iniżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers. Mhux darba jew tnejn li kien akkużat li qarraq b’xi referee biex jakkwista xi penalty, u fit-Tazza tad-Dinja 2010 saħansitra aġixxa ta’ goalkeeper meta kien tajjar il-ballun b’idu minn fuq il-linja kontra l-Ghana. Dakinhar, għalkemm kien spiċċa mkeċċi, l-Urugwaj kien irnexxilhom jgħaddu għas-semifinali ta’ dik l-edizzjoni.

Imma dak li għamel it-Tnejn li għadda waqt il-logħba li l-Urugwaj kellhom kontra ċ-Ċili fil-Copa America, ħalla ħafna nies jistaqsu sa fejn jasal dan il-plejer biex jakkwista xi ħaġa! Filwaqt li deher dieħel fil-kaxxa, Suarez ġibed fuq il-lemin biex jipprova jaqbeż lill-goalkeeper avversarju, u dan tal-aħħar segwa lill-Urugwajan u malli prova jikkrossja dawwarlu l-ballun f’corner. Dak il-ħin Suarez deher jindika lir-referee li seħħ handsball fil-kaxxa, imma malli nduna li ma rnexxilux iqarraq bl-uffiċjal tal-logħba dawwar idejh ma’ rasu minħabba ċ-ċans li tilef.

L-Urugwaj rebħu l-logħba bl-iskor ta’ 1-0, il-gowl li kien skurjat minn Edison Cavani lejn it-tmiem.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Aktar