Futbol internazzjonali
Copa America 2020: Arġentina fil-grupp mal-Awstralja u l-Qatar mal-Kolumbja u l-Brażil

Itellgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi għat-Tazza Amerika magħrufa bħala Copa America 2020. L-Awstralja se jkunu fl-istess grupp tal-Arġentina filwaqt li ċ-champions Ażjatiċi l-Qatar se jilagħbu kontra l-Kolumbja u l-Brażil rispettivament.

L-Ospiti ta’ dan it-turnew se jkunu l-Kolumbja u l-Arġentina bil-logħob kollu jintlagħab bejn it-12 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju. It-timijiet jieħdu sehem se jkunu 12, b’10 mill-CONMEBOL flimkien mal-Qatar u l-Awstralja.

Flimkien mal-Kolumbja, l-Qatar se jaffrontaw ukoll lill-Venezwela, l-Ekwador u l-Peru’ fi Grupp B.

L-Awstralja li se jkunu qed jiddebuttaw fit-turnew u se jilagħbu kontra l-Paragwaj, l-Urugwaj, il-Bolivja u ċ-Ċile fi Grupp A.

Erba’ timijiet minn kull grupp jikkwalifikaw għall-Kwarti tal-Finali bil-partita tal-ftuħ se tkun bejn l-Arġentina u ċ-Ċile fil-Monumental Stadium fi Buenos Aires. Dan se jkun ir-raba’ turnew f’sitt snin, bl-organizzaturi jsostnu li dan se jkun l-aħħar wieħed qabel l-2024.

L-Arġentina ilhom ma jirbħu din il-kompetizzjoni sa mill-1993 filwaqt li l-Kolumbja rebħuha darba biss fl-2001 meta dakinhar ukoll kienu ospitaw t-turnew. Iċ-champions preżenti huma l-Brażil meta fil-finali ta’ Lulju li għadda għelbu lill-Peru biex b’hekk rebħu l-kompetizzjoni għad-disa’ darba.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Beppe Marotta kkonferma li Inter huma interessati li jakkwistaw lill-plejer ta’ Chelsea, Victor Moses. Skont Gianluca Di Marzio, Chelsea taw permess lil Inter ikellmu lil Moses li bħalissa jinsab misluf…

Futbol internazzjonali

Serie A Juventus 2   Parma 1 Juventus fetħu 4 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta fil-posticipo għelbu lil Parma 2-1 b’doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo. Il-Portugiż fetaħ l-iskor żewġ minuti minn tmiem…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum bit-tieni waħda tkun dik l-aktar mistennija f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United. Liverpool għelbu lil Manchester United fil-partita tal-ġurnata f’Anfield bi skor ta’ 2-0….

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar. Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan…

Aktar