Futbol internazzjonali
Copa Libertadores: River Plate jirbħu l-finali b’aggregate ta’ 5-3 fuq Boca Juniors

It-tim Arġentin ta’ River Plate huma r-rebbieħa tal-Copa Libertadores 2018. Huma kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex dawru l-logħba u fil-ħin barrani għelbu lit-tim ta’ Boca Juniors bl-iskor ta’ 3-1 għal aggregate ta’ 5-3.

Kienet finali differenti mis-soltu, għaliex intlagħbet fis-Santiago Bernabeu ta’ Madrid fi Spanja, wara l-ġlied kbir li nqala’ fl-Arġentina meta ż-żewġ timijiet ġew biex jilagħbu t-tieni leg ta’ din il-finali.

Kien Benedetto li poġġa lil Boca Juniors fil-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, bil-plejers ta’ River Plate jkollhom iwettqu reazzjoni qawwija fit-tieni taqsima, sakemm Pratto għamel l-iskor indaqs fit-68 minuta. Sad-90 minuta r-riżultat baqa’ hekk u allura l-aggregate kien dak ta’ 3-3, wara d-dro ta’ 2-2 fl-ewwel leg fl-Arġentina f’Novembru.

Fil-ħin barrani, l-ewwel daqqa ta’ ħarta għal Boca Juniors meta fit-93 minuta Barrios spiċċa muri l-karta l-ħamra u ħalla lil sħabu jilagħbu l-bqija tan-nofs siegħa bi pleher inqas. Mal-109 minuta, River Plate għall-ewwel darba marru fil-vantaġġ meta Quintero sab ix-xibka, u fit-tentattiv li Boca Juniors iġibu l-iskor indaqs fl-aħħar mumenti tal-logħba, huma spiċċaw sofrew ieħor meta f’kontrattakk u f’lasta vojta Martinez tefa’ fix-xibka mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari tat-tieni taqsima tal-ħin barrani. B’hekk it-tim ta’ River Plate ħarġu rebbieħa 3-1, b’aggregate ta’ 5-3, biex b’hekk rebħu r-raba’ Copa Libertadores fl-istorja tagħhom.

It-tim ta’ River Plate, jumejn oħra, ser ikun qiegħed jirrappreżenta lill-Amerika t’Isfel fil-FIFA Club World Cup li ser issir fl-Emirati Għarab Maqgħuda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar