
Futbol internazzjonali
Copa Libertadores – Santos jgħaddu għall-finali b’rebħa fuq Boca Juniors
Semifinali, it-tieni leg
Santos 3 Boca Juniors 0 (agg. 3-0)
Il-Brażiljani ta’ Santos għaddew għall-finali tal-Copa Libertadores b’rebħa fuq Boca Juniors, biex issa fil-finali huma ser jaffaċċjaw lill-kompatrijotti ta’ Palmeiras.
Santos marru fil-vantaġġ ma’ kwarta logħob b’gowl ta’ Pituca u sal-mistrieħ baqgħu 1-0. Il-Brażiljani skorjaw it-tieni fid-49 minuta meta Soteldo sab ix-xibka, bi Braga jiskorja t-tielet fil-51 minuta biex għalaq il-logħba. Għal Boca Juniors il-logħba baqgħet ġejja għat-telgħa meta tkeċċa Fabra b’karta ħamra diretta fis-56 minuta biex b’hekk baqgħu jilagħbu b’għaxra għal aktar minn nofs siegħa.