Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Atalanta fil-finali wara rebħa fuq Fiorentina b’aggregate ta’ 5-4

Lazio ser jilagħbu kontra l-Atalanta fil-finali tal-Coppa Italia, dan wara li tal-aħħar għelbu lill-Fiorentina b’aggregate ta’ 5-4.

Wara li fl-ewwel leg kienu spiċċaw fid-draw ta’ 3-3, ilbieraħ Atalanta rnexxilhom joħorġu rebbieħa 2-1, biex b’hekk għaddew għall-finali ta’ dan it-tieni l-aqwa unur fl-Italja. Kienu l-Vjola li fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, għaliex wara biss 3 minuti kienu diġa’ marru fil-vantaġġ. Kien Chiesa li bil-pass tiegħu ġab lil Luis Muriel waħdu quddiem il-goalkeeper u dan ma sabx problema jitfa’ fix-xibka għal 1-0. Reazzjoni mill-Atalanta pjuttost immedjata għaliex mal-kwarta logħob għamlu l-iskor indaqs. Kien Josip Ilicic li mill-11-il metru ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-1 u hekk baqgħu sal-mistrieħ. L-Atalanta skurjaw il-gowl tar-rebħa fid-69 minuta meta Alejandro Gomez indirizza xutt ċentrali li iżda b’xi mod ħasad lill-goalkeeper avversarju, bil-ballun jispiċċa fix-xibka u dak kellu jkun il-gowl rebbieħ.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners…

Futbol internazzjonali

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin. Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola…

Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Aktar