Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Bejn illejla u għada jibdew jintlagħbu l-kwartifinali

Coppa Italia

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa filgħaxija jintlagħbu l-ewwel żewġ kwartifinali mill-Coppa Italia. Fl-azzjoni erba’ timijiet mis-Serie A, bil-logħba tat-Tlieta tlaqqa’ lil Napoli u Lazio fis-San Paolo. Napoli jridu jippruvaw jiġbru l-istaġun tagħhom, għaliex eliminazzjoni mill-Coppa Italia tkun tfisser li l-istaġun 2019/20 jibqa’ sejjer mill-ħażin għall-agħar wara li fil-kampjonat xejn mhuma sejrin tajjeb. Għal Lazio, s’issa jidher li qiegħed ikun staġun interessanti, it-tielet fis-Serie A u b’rebħa kontra Napoli jaslu fis-semifinali sabiex jibqgħu jiddefendu t-titlu.

Il-konfront tal-Erbgħa bejn Juventus u Roma jaf ikun wieħed jaħraq, b’Juventus jippruvaw jirreplikaw il-forma fil-kampjonat, filwaqt li Roma jridu jagħmlu dak kollu possibbli biex jiddiżappuntaw lill-avversarji. Il-logħob tat-Tlieta u l-Erbgħa jintlagħbu fid-20:45.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA