Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Cremonese, Genoa u Fiorentina fir-round li jmiss

Cremonese 1   Empoli 0

Jibqa’ għaddej l-istaġun indifferenti t’Empoli wara li fil-Coppa Italia huma spiċċaw eliminati minn Cremonese bl-iskor ta’ 1-0. Kien Claiton fil-35 minuta li skorja l-gowl li ddeċieda l-logħba f’konfront bejn żewġ timijiet tas-Serie B. B’din ir-rebħa Cremonese għaddew għall-kwartifinali tal-kompetizzjoni.

Genoa 3   Ascoli 2

Pinamonti kellu jiskorja darbtejn biex għen lil Genoa jegħlbu lit-tim tas-Serie B, Ascoli biex għaddew għall-kwartifinali tal-Coppa Italia. Pinamonti fetaħ l-iskor għal Genoa mal-kwarta logħob u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima Ascoli dawru l-logħba, l-ewwel permezz tal-gowl ta’ Beretta li għamilhom 1-1, imbagħad awto-gowl ta’ Criscito fit-68 minuta poġġa lil Ascoli minn fuq. Genoa wettqu reazzjoni u fit-72 minuta Criscito skurja fil-lasta t-tajba u għamilhom 2-2, b’Pinamonti jiskorja l-gowl tar-rebħa 11-il minuta mit-tmiem.

Fiorentina 2   Cittadella 0

Żewġ gowls bla risposta kienu biżżejjed għall-għaxar plejers ta’ Fiorentina li għaddew għall-kwartifinali b’rebħa fuq Cittadella. Il-Vjola marru minn fuq fil-21 minuta b’gowl ta’ Benassi, imma fis-27 minuta spiċċaw bi plejer inqas meta tkeċċa Venuti. Benassi serraħ moħħ it-tim tiegħu minn post fil-kwartifinali bid-doppjetta fit-53 minuta.

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet oħra mir-Round tat-32 tal-Coppa Italia:

15:00 Sassuolo – Perugia

18:00 Spal – Lecce

21:00 Udinese – Bologna

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum bit-tieni waħda tkun dik l-aktar mistennija f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United. Liverpool għelbu lil Manchester United fil-partita tal-ġurnata f’Anfield bi skor ta’ 2-0….

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar. Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan…

Futbol internazzjonali

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar. Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta. Bl-istess…

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor. Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku…

Aktar