Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Illejla l-finali bejn Atalanta u Lazio

Illejla tintlagħab il-finali tal-Coppa Italia bejn Atalanta u Lazio. Għat-tim minn Ruma din ser tkun it-tielet finali f’temp ta’ ħames staġuni u minħabba li l-logħba ser tintlagħab fl-Olimpico, il-Lazio jistgħu jqisu li ser jilagħbu f’darhom. Għall-Atalanta s-sitwazzjoni hija xi ftit differenti għaliex ilhom ma jkunu fil-finali għal 23 sena.

Atalanta waslu s’hawn billi għelbu lill-Cagliari, lill-Juventus u lill-Fiorentina fuq żewġ legs, u f’kull logħba skurjaw 2 gowls jew aktar. Fl-aħħar 13-il logħba, l-Atalanta qatt ma ħarġu telliefa, fejn ħadu 9 rebħiet u 4 draws. U matul dan l-istaġun, huma għelbu lil-Lazio darbtejn fil-kampjonat.

Għal-Lazio s-sitwazzjoni ma tidhirx daqstant feliċi. Għalkemm waslu sal-finali tal-Coppa Italia, fl-aħħar tliet logħbiet tal-kompetizzjoni skurjaw biss gowl wieħed sad-90 minuta, u fl-aħħar tmien logħbiet li lagħbu, spiċċaw b’4 rebħiet u 4 telfiet.

Il-logħba tal-lejla ser tkun ikkontrollata mir-referee Luca Banti u tibda fid-20:45.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mill-International Champions Cup 2019 illum f’Singapore Tottenham Hotspur rebħu kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-2 f’logħba li fiha Harry Kane skorja goal minn nofs il-ground. Kienu t-team ingliż li mar fil-vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Kien goal kmieni fil-logħba wara biss tliet minuti logħob ta’ Odion Ighalo li ta r-rebħa lin-Niġerja fuq it-Tunesija fil-logħba għat-tielet post fil-kompetizzjoni tat-tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Illejla intant fid-9pm tintlgħab il-finali…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Aktar