Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Juventus fil-finali. Illejla Napoli – Inter

Juventus huma l-ewwel finalisti tal-finali tal-Coppa Italia ta’ dan l-istaġun 2019/20 hekk kif il-bieraħ fl-Allianz Stadium ta’ Turin huma ġew draw ta’ 0-0 kontra Milan u għaddew permezz tal-aggregate ta’ 1-1 li kien ir-riżultat tal-ewwel leg ta’ din is-semi finali. L-ewwel leg kien intlgħab fit-13 ta’ Frar.

Quddiem Stadium vojt Juventus setgħu marru minn fuq kmienu fil-logħba meta huma ingħataw penalty li kien mogħti minn Cristiano Ronaldo li jolqot il-lasta b’Donnarumma li kien viċin il-ballun. Wara kienu Milan li sfaw b’10 players wara li tkeċċa Ante Rebic għal foul fuq Danilo.

Illejla fid-9pm Napoli kontra Inter fejn fl-ewwel leg kienu Napoli li rebħu 1-0.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Marcelo Brozovic, il-plejer Kroat ta’ Inter, kellu l-liċenzja tas-sewqan irtirata wara baqa’ għaddej minn fuq it-traffic lights meta kienu mixgħula fuq l-aħmar. L-aħbar ħarġet fil-media Taljana. Brozovic twaqqaf mill-Pulizija fiż-żona…

Futbol internazzjonali

Il-partitarji Spanjoli fakru l-10 anniversarji mir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2010 fl-Afrika t’Isfel bi stiel differenti mis-soltu, b’ħafna tatoss ma’ ġisimhom u lebsien maskri protettivi kontra l-coronavirus. It-Tazza tad-Dinja li nħarġet għall-wiri…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol internazzjonali

Norwich City saru l-ewwel tim tal-Premier League Ingliż li ġie relegat wara li lbieraħ tilfu f’darhom kontra West Ham bi skor ta’ 4-0. Il-gowls tal-Hammers waslu kollha minn Michail Antonio….

Aktar