Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Juventus fis-semifinali wara rebħa ta’ 3-1 fuq Roma

Juventus 3   Roma 1

Juventus għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia meta rebħu lil Roma 3-1, bil-plejers Juventini jiskurjaw l-erba’ gowls tal-logħba. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor fis-26 minuta wara li rċieva mingħand Higuain, u bix-xutt tiegħu għeleb lil goalkeeper. It-tieni wasal fit-38 minuta meta Rodrigo Bentancur ra l-ballun jaħbat mal-lasta u jispiċċa fix-xibka, bit-tielet ikun skurjat minn Leonardo Bonucci eżatt qabel il-mistrieħ. Il-gowl ta’ konsolazzjoni ta’ Roma kellu jasal minn plejer ta’ Juventus, meta fil-50 minuta l-goalkeeper Gianluigi Buffon spiċċa tefa’ fix-xibka tiegħu stess u għamel l-iskor 3-1 u hekk baqgħu sat-tmiem.

Il-ġimgħa d-dieħla jintlagħbu ż-żewġ kwartifinali l-oħra:

20:45 Milan – Torino (fit-28 ta’ Jannar)
20:45 Inter – Fiorentina (fid-29 ta’ Jannar)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League: Illum qed jintlagħab it-tieni leg tal-fażi tal-aħħar 32 tim. Fid-9.00pm, TVM2 ixandar il-partita minn Old Trafford bejn Manchester United u Club Brugge. L-ewwel leg fil-Belġu l-ġimgħa l-oħra…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg Lyon………….1 Juventus……0 Olympique Lyon jirreġistraw rebħa sofferta iżda importanti kontra Juventus fi Franza fil-Groupama Stadium bl-iskor ta’ 1-0 b’goal skorjat fl-ewwel…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg Real Madrid…………1 Manchester City…..2 Manchester City dawwru telfa f’rebħa fl-ewwel leg ta’ din il-fażi meta f’Madrid fl-Estadio Santiago Bernabeu huma ġew…

Aktar