Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Lazio l-ewwel tim fil-finali, illejla Atalanta – Fiorentina

F’San Siro, Lazio ħadu rebħa b’gowl uniku kontra l-Milan biex b’hekk għaddew għall-finali tal-Coppa Italia b’aggregate ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-tieni taqsima, eżattament fit-58 minuta meta Immobile għadda pass preċiż lejn Joaquin Correa u dan tal-aħħar b’xutt fil-baxx għeleb lil Reina għal 1-0 u hekk baqgħu sat-tmiem.

Illejla tintlagħab it-tieni semifinali l-oħra bejn Atalanta u Fiorentina. Il-logħba li ser tintlagħab fl-iStadio Atleti Azzurri d’Italia f’Bergamo, ser tkun ikkontrollata mir-referee Calvarese. Il-logħba tibda fid-20:45.

Fl-aħħar logħbiet tagħhom fis-Serie A, Atalanta rnexxilhom joħorġu rebbieħa kontra Napoli bl-iskor ta’ 2-1 u allura għadhom biċ-ċans li jakkwistaw ir-raba’ post fil-klassifika, filwaqt li l-Fiorentina tilfu kontra ċ-champions Juventus bl-istess riżultat, bil-Vjola jinsabu fil-11-il post fil-klassifika.

Fl-ewwel leg tas-semifinali tal-Coppa Italia, fl-Artemio Franchi, Fiorentina u Atalanta kienu spiċċaw fi draw ta’ 3-3.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-midfielder ta’ Arsenal Henrikh Mkhitaryan, mhux se jivjaġġa lejn l-Ażerbajġan għall-finali tal-UEFA Europa League kontra Chelsea. Il-partita se tintlagħab f’Baku u l-klabb ta’ Londra ddeċieda li jieħu din id-deċiżjoni fuq…

Futbol internazzjonali

Ftit tal-jiem ilu ġie mniedi d-dokumentarju “Diego Maradona,” li jitfa’ dawl dwar il-ħajja ta’ dan l-istilla Arġentin mal-familja tiegħu u mal-plejers sħabu. Dan id-dokumentarju li kien imniedi f’Cannes nhar il-Ħadd…

Futbol internazzjonali

Lazio…….3 Bologna…3 Fl-Olimpico, Bologna ħadu d-draw li kellhom bżonn biex isalvaw dan l-istaġun meta ġew 3-3 kontra l-Lazio. Kienu Lazio li fetħu l-iskor mal-kwarta logħob permezz ta’ Correa u hekk…

Futbol internazzjonali

L-Eks midfielder internazzjonali Malti André Schembri, mistenni jħalli lil Apollon Limassolta’ Ċipru. Dan ikkonfermaħ il-player innifsu. Matul l-aħħar sentejn Schembri, f’Ċipru hu skurja 13-il gowl f’66 logħba. u lagħab ukoll fl-Europa…

Aktar