Futbol internazzjonali
Coppa Italia – Milan jgħaddu għar-round li jmiss bl-għoti tal-penalties

Milan 5   Torino 4 (wara l-għoti tal-penalties)

Milan huma l-ewwel tim fil-kwartifinali tal-Coppa Italia meta f’San Siro kellhom jistennew sal-għoti tal-penalties biex għelbu lil Torino 5-4. Sad-90 minuta l-iskor kien għadu 0-0 u anke fil-ħin barrani, l-ebda tim ma rnexxielu jsib ix-xibka.

Fl-għoti tal-penalties, Kessie, Hernandez, Tonali, Romagnoli u Chalhanoglu kollha skurjaw il-gowls tagħhom għal Milan, filwaqt li Rincon falla l-penalty għal Torino. L-erba’ penalties ta’ Torino kienu skurjati minn Belotti, Lukic, Lyanco u Milinkovic-Savic.

Illum ser jintlagħbu tliet logħbiet oħra mill-Coppa Italia:

15:00 Fiorentina – Inter
17:45 Napoli – Empoli
20:45 Juventus – Genoa

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA