Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Napoli, Lazio u Inter fil-kwartifinali

Coppa Italia – Round tas-16

Napoli 2   Perugia 0

Żewġ gowls ta’ Lorenzo Insigne fl-ewwel taqsima għamlu d-differenza biex Napoli għelbu lil Perugia u għaddew għall-kwartifinali. Insigne skorja darbtejn mill-11-il metru, l-ewwel fis-26 imbagħad fit-38 minuta biex fetaħ vantaġġ ta’ żewġ gowls. Perugia kellhom iċ-ċans li jnaqqsu d-distakk eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, imma Iemmello falla penalty mas-7 minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima kienet diffiċli għal Perugia li jidħlu fil-logħba, b’Napoli jieħdu xi ftit tan-nifs wara t-telfa fis-Serie A fi tmiem il-ġimgħa.

Lazio 4   Cremonese 0

Faċli għal Lazio fl-Olimpico meta b’żewġ gowls f’kull taqsima għelbu lil Cremonese 4-0. Patric fetaħ l-iskor wara biss 10 minuti logħob, u Parolo għamilhom tnejn fis-26 minuta. Ftit qabel is-siegħa logħob Immobile skorja t-tielet mill-penalty, b’Bastos jiskorja r-raba’ u jagħlaq il-logħba minuta qabel id-disgħin.

Inter 4   Cagliari 1

Cagliari jibqgħu għaddejjin mill-fażi indifferenti, fejn issa tilfu ħames logħbiet infila bejn is-Serie A u l-Coppa Italia. It-Tlieta filgħaxija Cagliari ħarġu telliefa f’San Siro kontra Inter 4-1. Lukaku ma stenniex wisq biex jiftaħ l-iskor għax wara ftit sekondi mis-suffara inizjali tar-referee kienet diġa’ poġġa lin-neroazzurri minn fuq. Valero għamilhom 2-0 fit-22 minuta u hekk intemmet l-ewwel taqsima. Romelu Lukaku reġa’ niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers b’gowl fid-49 minuta biex għamilhom 3-0. Cagliari naqqsu d-distakk fit-73 minuta b’gowl t’Oliva, imma Ranocchia reġa’ fetaħ it-tliet gowls vantaġġ fil-81 minuta biex għamel l-iskor finali 4-1 favur Inter.

Intant, illum jintlagħbu tliet logħbiet oħra mir-Round tas-16 tal-Coppa Italia:

15:00 Fiorentina – Atalanta
18:00 Milan – Spal
20:45 Juventus – Udinese

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Aktar