Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Novara, Sassuolo u Cagliari fir-Rawnd tas-16

Novara 3  Pisa 2

Novara għamluha għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia meta f’darhom laqgħu lil Pisa u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Pisa marru fil-vantaġġ mal-kwarta logħob b’gowl ta’ Marconi, imma Novara għamlu l-iskor indaqs fit-22 minuta b’gowl ta’ Peralta. Bove poġġa lin-Novara għall-ewwel darba fil-vantaġġ fit-53 minuta, b’Lisi jġib id-dro għal Pisa fit-72 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Novara kien skurjat minn Manconi fid-90 minuta.

Sassuolo 2  Catania 1

B’gowl f’kull taqsima, Sassuolo għelbu lill-Catania bl-iskor ta’ 2-1 biex huma wkoll għamluha għar-Rawnd tas-16. Huma fetħu l-iskor mal-14-il minuta b’gowl ta’ Matri, imma Catania rnexxilhom iġibu d-dro fil-41 minuta permezz ta’ Brodic. Il-gowl tar-rebħa għas-Sassuolo wasal minn Locatelli fit-80 minuta.

Chievo 1  Cagliari 2

Cagliari barra minn darhom rebħu kontra Chievo bl-iskor ta’ 2-1 biex komplew għaddejjin fil-Coppa Italia. Kien Cerri li fetaħ l-iskor għall-Cagliari wara biss 8 minuti, imma Leris ġab id-dro mat-18-il minuta għall-Chievo. Pisacane rnexxielu jsib ix-xibka mat-68 minuta biex b’hekk Cagliari għaddew għall-fażi li jmiss.

Illejla jkollna żewġ logħbiet oħra minn din il-kompetizzjoni:

18:00  Genoa – Virtus Entella

20:45  Torino – Sudtirol

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’Nyon ittelgħu l-poloz tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għal-kampjonat ewropew tal-Under 21 tas-sena 2021. It-Team Nazzjonali Malta ttella’ bil-polza sabiex jilgħab fi Grupp 8 flimkien mad-Danimarka, r-Rumanija, l-Ukrajna, l-Finlandja u l-Irlanda ta’…

Futbol internazzjonali

F’Goodison Park, Everton u Watford ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw fi dro ta’ 2-2. Kienet logħba li baqgħet indeċiża sal-aħħar u kienu Everton li sabu x-xibka l-ewwel permezz ta’…

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Fadal biss 4 postijiet x’jimtlew sabiex ikollna l-kwadru komplet tar-Round tas-16, u għal dawk l-4 postijiet hemm 7 timijiet…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Manchester City, Raheem Sterling, akkuża lill-media li hija kompliċi fl-abbużi razzjali li hu u plejers oħra qiegħed ikollhom fil-logħbiet tal-Kampjonat Premier Ingliż. Fil-logħba tas-Sibt kontra Chelsea, fi Stamford…

Aktar