Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Parma u Cagliari jgħaddu għar-Round tas-16

Parma 2   Frosinone 1

Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20 minuta b’gowl ta’ Siligardi, bi Frosinone jagħmlu l-iskor indaqs minn Trotta fil-71 minuta. U meta kollox deher li l-logħba kienet sejra għall-ħin barrani, Parma ngħataw penalty mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari u Hernani mill-11-il metru ma żbaljax u Parma għaddew għar-Round tas-16.

Cagliari 2   Sampdoria 1

F’inqas minn ġimgħa Cagliari reġgħu rebħu lil Sampdoria, din id-darba fil-Coppa Italia. Cagliari fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls, l-ewwel permezz ta’ Cerri wara 7 minuti mbagħad Ragatzu fit-48 minuta. Gabbiadini naqqas id-distakk għal Sampdoria tliet minuti mit-tmiem, gowl li wasal tard wisq biex Sampdoria setgħu jżidu l-pressjoni forsi jagħmlu l-iskor indaqs.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Futbol internazzjonali

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self…

Aktar