Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Perugia, Spal u Udinese fil-round li jmiss

Sassuolo 1   Perugia 2

Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi. Bourabia naqqas id-distakk għal Sassuolo tmien minuti mit-tmiem, gowl li ġie tard wisq biex setgħu jippruvaw iġibu l-gowl tad-draw.

 

Spal 5   Lecce 1

Rebħa konvinċenti għal Spal fuq Lecce bl-iskor ta’ 5-1, u sal-ewwel taqsima Spal kienu diġa’ għalqu l-logħba meta fetħu vantaġġ t’erba’ gowls. Igor, Paloschi, Murgia u Cionek skurjaw l-ewwel erbgħa għal Spal, imbagħad Imbula naqqas id-distakk għal Lecce fil-55 minuta. Fit-84 minuta Floccari skurja l-ħames għal Spal biex huma għaddew għall-kwartifinali.

 

Udinese 4   Bologna 0

Żewġ gowls f’kull taqsima għal Udinese biex ħadu rebħa konvinċenti fuq Bologna, 4-0. Barak fetaħ l-iskor fl-24 minuta u De Maio għamilhom 2-0 fit-42 minuta. Mandragora skorja t-tielet fis-77 minuta u Lasagna għalaq il-logħba bir-raba’ gowl fit-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari.

 

Illejla jintlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet mir-Round tat-32 tal-Coppa Italia:

18:00 Parma – Frosinone

21:00 Cagliari – Sampdoria

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Futbol internazzjonali

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self…

Aktar