Futbol internazzjonali
Coppa Italia – Round tas-16: Fiorentina, Milan u Juventus fil-kwartifinali

Coppa Italia – Round tas-16

Fiorentina 2   Atalanta 1

Gowl sitt minuti mit-tmiem għen lil Fiorentina jgħaddu għall-kwartifinali meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-1. Cutrone fetaħ l-iskor għall-Viola fil-11-il minuta tal-logħba, b’Atalanta jkollhom jistennew sas-67 minuta biex għamlu l-iskor indaqs permezz t’Ilicic. Fiorentina spiċċaw anke jilagħbu bi plejer inqas meta Pezzella rċieva t-tieni karta safra u mar fid-dressing room qabel sħabu, imma avolja b’għaxra, it-tim tal-Artemio Franchi skorja l-gowl tar-rebħa fl-84 minuta permezz ta’ Lirola.

Milan 3   Spal 0

Riżultat pożittiv għal Milan f’San Siro meta għelbu lil Spal 3-0 u għaddew għall-fażi li jmiss. Żewg gowls fl-ewwel taqsima serrħu xi ftit ras il-Milanisti, l-ewwel permezz ta’ Piatek fl-20 minuta, imbagħad b’gowl ta’ Castillejo eżatt qabel il-mistrieħ. It-tielet gowl wasal minn Hernandez fis-66 minuta.

Juventus 4   Udinese 0

Żewġ gowls f’kull taqsima għamlu ċert li Juventus jgħaddu għall-kwartifinali meta għelbu lil Udinese 4-0. Doppjetta ta’ Dybala, b’gowls fis-26 minuta mill-penalty u fit-58 minuta li waslu fin-nofs taż-żewġ gowls l-oħra. Higuain kien fetaħ l-iskor mas-16-il minuta, u Costa mill-penalty għalaq il-logħba fil-61 minuta bir-riżultat ta’ 4-0.

Il-Ħamis filgħaxija tintlagħab l-aħħar logħba tar-Round tas-16, meta fid-21:15 Parma jilagħbu kontra Roma.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32 APOEL Nicosia 0 – 3 Basel Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League logħbiet tas-sebgħa mir-Round tat-tnejn u tletin Getafe 2-0 Ajax Getafe għelbu lil Ajax 2-0, goal tal-1-0 għall-ispanjoli minn Deyverson fis-sebgħa u tletin minuta, fil-ħin miżjud 2-0 skurjat…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Żewġ partiti oħra mill-ewwel leg tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni. Tottenham….0 Leipzig………..1 Rebħa importanti għal Leipzig li barra minn darhom għelbu lil Tottenham Hotspur f’Londra bi skor ta’ 1-0….

Futbol internazzjonali

Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Reinier Jesus, Brażiljan żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena, mingħand Flamengo. Reinier deher jemozzjona ruħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie ppreżentat u rringrazzja lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li…

Aktar