
Sampdoria 2 SPAL 1
Fil-Coppa Italia, it-tim ta’ Sampdoria rnexxilhom jegħlbu l-isfida tat-tim l-ieħor tas-Serie A, SPAL, meta rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. Kienu SPAL permezz ta’ Floccari fl-34 minuta li fetħu l-iskor, imma Sampdoria rreaġixxew u skurjaw darbtejn, l-ewwel permezz ta’ Defrel qabel il-mistrieħ, imbagħad gowl ta’ Kownacki mat-82 minuta biex rebħu 2-1.
Bologna 3 Crotone 0
Bologna laqgħu għandhom lill-Crotone u ma sabux diffikultà biex jirbħulhom bl-iskor ta’ 3-0. Orsolini fetaħ l-iskor fl-40 minuta, u fit-tieni taqsima, l-ewwel Falcinelli fis-56 imbagħad Orsolini fis-67 minuta sabu x-xibka biex għamlu r-riżultat finali 3-0.
Benevento 1 Cittadella 0
Kien il-gowl ta’ Bandinelli fis-77 minuta li ddeċieda dan il-konfront favur Beveneto biex b’hekk anke huma rnexxilhom jagħmluha għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia.
Il-kompetizzjoni tkompli b’diversi logħbiet illum:
15:00 Novara – Pisa
18:00 Sassuolo – Catania
20:45 Chievo – Cagliari
Missier Neymar Jr xejjen kull spekulazzjoni li ibnu jista’ jerġa’ jingħaqad mat-tim ta’ Barcelona fi Spanja u ċaħad li sar xi kuntatt mat-tim Katalan dwar possibilment trasferiment fis-sajf li ġej….
Fis-San Paolo, Napoli fallew milli għallinqas iżommu l-istakk distakk li għandhom taħt Juventus meta spiċċaw dro mat-Torino bl-iskor ta’ 0-0. F’logħba pjuttost nervuża u kkaratteriżata minn tmien karti sofor, iċ-Ċelesti…
Il-leġġenda Sir Alex Ferguson ser jerġa’ jkun fuq il-bank imexxi lit-tim ta’ Manchester United għal darb’oħra, fl-20 anniversarju minn meta r-Red Devils kienu rebħu l-finali drammatika tal-UEFA Champions League kontra…
Mill-FA Cup fl-Ingilterra, fil-ħames round li qiegħed jintlagħab fi tmiem din il-ġimgħa, ilbieraħ kellna tliet timijiet oħra li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Brighton 2 Derby 1 Fl-ewwel…