Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Torino fil-kwartifinali wara li għelbu lil Genoa bil-penalties

Coppa Italia – Round tas-16
Torino 1 (5)   Genoa 1 (3)

Torino għaddew għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Genoa bl-għoti tal-penalties. Mal-kwarta logħob Genoa fetħu l-iskor meta Andrea Favilli rċieva ballun u kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Torino rnexxilhom jiskurjaw il-gowl tad-draw mat-23 minuta meta Berenguer qassam lil Lorenzo De Silvestri li tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka għal 1-1. Fit-tieni taqsima l-iskor baqa’ l-istess sad-90 minuta, tant li l-logħba marret fil-ħin barrani.

Eżatt qabel is-suffara ta’ tmiem l-ewwel taqsima tal-ħin barrani Torino spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas meta Meite kien muri t-tieni karta safra biex intbagħat fid-dressing room u ma ħariġx għat-tieni taqsima tal-ħin barrani. Torino żammew sod kontra l-isforzi ta’ Genoa, bil-logħba tmur għall-penalties. Fl-għoti tal-penalties Torino skurjaw tnejn aktar mill-avversarji meta Belotti, Millico, Rincon, Aina u Berenguer kollha sabu x-xibka. Għal Genoa, filwaqt li Destro, Favilli u Cassata skurjaw, Radovanovic kellu l-penalty milqugħ u wara li skorja Berenguer għal Torino kien inutli jingħata l-aħħar penalty għal Genoa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar