Futbol internazzjonali
Coppa Italia: Virtus Entella jeliminaw lil Genoa bil-penalties

Genoa 3  Virtus Entella 3 (6-7 pen.)

Virtus Entella wettqu sorpriża fil-Coppa Italia, meta marru għand Genoa u eliminawhom mit-Tazza sabiex kienu huma li għamluha għar-Rawnd tas-16. Sad-90 minuta l-iskor kien ta’ 2-2, b’Simone Icardi jiftaħ l-iskor għall-Virtus Entella mal-20 minuta. Fis-27 minuta Piatek ġab l-iskor indaqs għal Genoa minn penalty, imma Icardi reġa’ skorja fit-83 minuta biex ta tamiet qawwija lill-Virtus li ser jagħmluha fil-ħin regolamentari. Imma tliet minuti wara, Piatek għal darb’oħra mill-11-il metru rnexxielu jġib id-dro għal Genoa u l-logħba marret fil-ħin barrani.

Genoa għall-ewwel darba fil-vantaġġ mal-110 minuta meta Lapadula skorja t-tielet, imma l-Entella ma ċedewx l-armi u baqgħu jippressaw sakemm Adorjan ġab il-gowl tad-dro eżatt qabel is-suffara finali. Waqt l-għoti tal-penalties Virtus Entella kienu aħjar, tant li spiċċaw ħarġu rebbieħa 7-6, għal riżultat finali ta’ 10-9.

Torino 2  Sudtirol 0

Faċli għat-Torino kontra Sudtirol meta rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0. Gowl f’kull taqsima għat-tim minn Turin, meta Soriano sab ix-xibka fl-24 minuta, imbagħad serrħu rashom permezz ta’ Edera li skorja t-tieni fil-81 minuta u b’hekk għaddew għar-rawnd li jmiss.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Aktar