Formula 1
Corinna Schumacher titkellem dwar is-saħħa ta’ żewġha Michael

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb.

Michael Schumacher kien weġġa’ lura f’Diċembru 2013, fl-Alpi Franċiżi, u r-rapporti mediċi dejjem indikaw li minħabba l-inċident, Schumacher kellu ħsara fil-moħħ. Minn dakinhar li weġġa’ sal-lum, il-familja Schumacher dejjem żammet fommha sieket dwar l-istat ta’ saħħa ta’ Michael, u dan wassal għal spekulazzjonijiet differenti dwar il-kundizzjoni tiegħu.

F’dokumentarju li ser joħroġ aktar tard matul din is-sena bit-titlu ‘Shumacher,’ Corinna tfaħħar l-ispirtu kumbattiv tiegħu li mhux biss għenu fil-karriera tiegħu, imma anke qiegħed jgħinu fir-riabilitazzjoni tiegħu. ‘Michael huwa ġellied u mhux se jaqta’ qalbu,’ kienu l-kummenti ta’ Corinna Schumacher.

Wara l-kummenti ta’ Corinna Schumacher hemm min qiegħed jgħid li għad hemm il-possibiltà li Michael jirkupra totalment, u aktar kmieni dan ix-xahar, anke Bernie Ecclestone, li kien imexxi l-Formula 1 fi żmien Michael Schumacher, qal li, “bħalissa mhuwiex magħna. Imma meta jkun aħjar ikun jista’ jwieġeb il-mistoqsijiet kollha.’

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu…

Aktar