Cremona ta’ Valletta, Briffa ta’ Floriana u Montebello ta’ Tarxien promossi man-Nazzjonal

Team Nazzjonali

Skwadra Proviżorja għal-partita ta’ ħbiberija kontra l-Ġordan il-ġimgħa d-dieħla fit-Turkija.

Il-kowċ Nazzjonali Malti Pietro Ghedin sejjaħ skwadra ta’ 22 player għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Ġordan fit-Turkija.

L-iskwadra li tinżel għal 20 player li se jagħmlu l-vjaġġ lejn Istanbul, tinkludi players żgħażagħ promossi mit-Team Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, bħad-difensur ta’ Floriana Manuel Briffa, l-midfielder ta’ Valletta Llewelyn Cremona,  u l-attakkant ukoll ta’ Valletta, li iżda dan l-istaġun jinsab misluf ma’ Tarxien Rainbows, Luke Montebello.

Gowlkipers
Henry Bonello (Valletta FC), Andrew Hogg (Kalloni FC)

Difensuri
Andrei Agius (Hibernians FC), Steve Borg (Aris FC), Emmanuel Briffa (Floriana FC), Ryan Camenzuli (Birkirkara FC), Ryan Camilleri (Valletta FC), Zach Muscat (Birkirkara FC), Clayton Failla (Hibernians FC), Joseph Zerafa (Birkirkara FC)

Midfielders
Roderick Briffa (Valletta FC), Llywelyn Cremona (Valletta FC), Gareth Sciberras (Birkirkara FC), Paul Fenech (Birkirkara FC), Andre’ Schembri (Omonia Nicosia FC), Rowen Muscat (Birkirkara FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Clyde Borg (Floriana FC)

Attakkanti
Michael Mifsud (Sliema Wanderers FC), Luke Montebello (Tarxien Rainbows FC), Terence Vella (Qormi FC), Alfred Effiong (Balzan FC)

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: kampjonat BOV tat-tieni diviżjoni: Mġarr Utd qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 1-0 fuq il-leaders ta’ qabel Birżebbuġa. Il-goal importanti għal Mġarr skurjah Jamie Lee Micallef wara 10…

Futbol lokali

Mosta wkoll se jkunu mmexxija minn coach ġdid meta jiffaċċjaw lil Birkirkara fl-ewwel partita li jmiss tal-kampjonat. Il-club Mosti llum ħabbar li l-kumitat laħaq ftehim mal-coach Taljan Enrico Piccioni biex…

Futbol lokali

F’Durres, l-Albanija: it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena tilef 2-0 f’partita ta’ ħbiberija maż-żgħażagħ Albaniżi tal-istess eta’. Għall-Albanija l-goals ta’ Hebaj fl-34, u Imeri minn penalty minuta mill-mistrieħ. Fit-tieni…

Futbol lokali

Il-coach tat-team nazzjonali Malti Ray Farrugia trankwill lejlet il-partita kontra l-Kosovo: konxju mill-qawwa tal-avversarji imma konvint li l-players tiegħu se jagħmlu l-parti tagħhom. Malta tilgħab kontra l-Kosovo għada filgħaxija fl-Istadium…

Aktar