International Sports
Cricket: Aktar minn 78,000 partitarju fil-Melbourne Cricket Ground fl-Awstralja

Aktar minn 78,000 attendew għall-partita tal-cricket fl-Awstralja fil-Melbourne Cricket Ground.

Din kienet l-akbar attendenza fid-dinja għall-avveniment sportiv minn meta bdiet il-pandemija tal-COVID-19.

L-Awtoritajiet fl-Istat ta’ Victoria ħallew jidħlu 85,000 spettatur mill-100,000 li jesa l-siatdium għall-partita bejn Collingwood u Essendon.

Il-partita kienet valida kienet valida mill-avveniment annwali tal-cricket li jsir fil-ġurnata Anzac.

Bħal dan iż-żmien sena, il-partita kienet intlagħbet mingħajr partitarji minħabba ristrezzjonijiet fil-pajjiż li dak iż-żmien ma ppermettewx dħul tal-partitarji fl-ebda avveniment sportiv.

Miktub minn...
TVM Sport