Sport Lokali
Cricket: Krishna CC jirbħu l-Kampjonat tax-Xitwa

Krishna CC rebħu l-Kampjonat tax-Xitwa wara rebħa fil-logħba finali tagħhom fil-Kampjonat tax-Xitwa kontra Melita CC.

Għat-tim Krishna kien hemm Basil George (35), Varun Prasath (30) ikunu l-aħjar battituri. B’total ta’ 158 ġirja, deher li Krishna kellhom skor difendibbli. Għall Melita CC, Andrew Naudi ġab wikit għall 17 ġirja.

Fit-tieni innings, għalkemm Melita sofrew wikits regolarment, Sean Byrne (32) u Andrew Naudi (27) laħqu 66 ġirja bejniethom, biex b’hekk żammew lil Melita CC fil logħba. Basil George, Bikram Arora u Varun Prasath ħadu 3 wikits kull wieħed għal Krishna.

Fil-Qosor:
Krishna CC 158 (B George 35*, V Prasad 30*; A Naudi 1 għall 17) għelbu lill Melita CC 113 (S Byrne 32, A Naudi 27*); B George 2 għall 10).

Plejer tal Logħba: Basil George
Umpire: John Grima
Skorer: Eric Balakrishnan

Klassifika Kampjonat tax-Xitwa: Krishna CC 77; Melita CC 26; Marsa CC 23.

Ritratt: Krishna Cricket Club jiċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tal-kampjonat tax-Xitwa.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.