Oħrajn
Cricket: L-iskwadra ta’ Malta tipprepara għal sena importanti

L-iskwadra nazzjonali ta’ Malta Cricket iltaqgħu għall-ewwel kamp tas-sena bi tħejjija għal-logħbiet ta’ ħbiberija u tournament T20 fil-Lussemburgu (Lulju) u fl-Ungerija (Awissu).

Il-kamp sar fil-Marsa Sports Club taħt il-gwida ta’ Darren Scott, kowċ tat-tim nazzjonali tal-cricket. Darren huwa cricketer ex-professjonali u England Cricket Board Level 3 Coach. Il-kamp tah l-opportunità ideali biex jaħdem mal-plejers tiegħu b’mod intensiv u kien partikolarment impressjonat bil-livell ta’ kompetizzjoni għal postijiet fit-tim ta’ Malta.

Paul Bradley, Ċermen ta’ Malta Cricket, spjega definittivament hemm żieda fil-kwalità tal-iskwadra. Is-seletturi nazzjonali se jkollhom kompitu diffiċli billi jagħżlu l-iskwadra finali għal-Lussemburgu.

Frank Spiteri, Viċi Ċermen ta’ Malta Cricket u l-aqwa skorer ta’ Malta, jemmen li kamp tat-taħriġ dan kmieni fis-sena huwa vantaġġ konsiderevoli fuq in-nazzjonijiet oħrajn. Fi żmien meta t-timijiet Ewropej l-oħrajn kollha huma limitati għal cricket ġewwa, aħna l-unika nazzjon tal-cricket fl-Ewropa li jospita logħbiet kompetittivi tal-kampjonat. Dan ifisser li l-plejers tagħna se jkunu mħejjija aħjar għall-logħbiet internazzjonali li ġejjin ‘il quddiem.

L-iskwadra Maltija għandha l-kamp ta’ taħriġ li jmiss għal April, flimkien ma’ 5 logħbiet fi 9 ijiem kontra Romiley Cricket Club (Cheshire League – Division 2), Actonians CC (Middlesex Championship – Diviżjoni 1), Harrow School, Grasshoppers CC (Shropshire) u Wraysbury CC (Chilterns Cricket League – Diviżjoni 1).

Fit-3 u l-4 ta’ April, l-Akkademja ta’ Malta għandha wkoll tilgħab kontra l-Akkademja David Byas Cricket Academy u Hampshire Academy.

L-U17 se jużaw dawn il-logħob bħala pass ta’ progress għall-għażla tat-tim nazzjonali.

Miktub minn...
TVM Sport