Oħrajn
Cricket: Shehan Madushanka sospiż wara li nqabad bid-droga eroina

Il-plejer nazzjonali tas-Sri Lanka Shehan Madushanka ġie sospiż mill-isport kollu wara li nqabad fil-pussess tad-droga.

Madushanka, meqjus wieħed mill-aqwa plejers tal-cricket fid-dinja, ġie arrestat is-Sibt wara li nstab fil-pussess ta’ 2.7 grammi ta’ eroina.

Madushanka, ta’ 25 sena, inżamm arrestat.

L-Assoċjazzjoni tal-cricket fis-Sri Lanka qalet li s-sospensjoni ta’ Madushanka mill-isport bdiet immedjatament u tibqa’ valida sakemm tintemm l-inkjesta tal-każ tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport