Local Sports
Cricket: Swieqi United b’donazzjonijiet ta’ maskri lill-Arċisqof Charles Scicluna

Il-klabb ta’ Swieqi United biċ-chairman Khurram Khan u r-rappreżentant tal-klabb Anil Khan kellhom żjara ta’ kortesija għand l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.

Swieqi United Cricket Club taw f’donazzjoni lill-Isqof ta’ Malta ammont ta’ maskri fl-okkażjoni tal-Milied biex jipprevjenu mit-tixrid tal-COVID-19.

L-Arċisqof Scicluna rringrazzja lill-klabb tal-cricket tas-Swieqi u faħħar l-inizjattiva tagħhom għal din l-għotja ġeneruża.

Hu qal li l-maskri se jkunu qed jintużaw mill-istaff tal-knejjes madwar Malta u Għawdex.

Miktub minn...
TVM Sport