Sport Lokali
Cricket: It-Tim Malti taż-Żgħar jegħleb lit-tim Ingliż ta’ DBCA minn Yorkshire

Il-ġimgħa li għaddiet kienet storika għall-cricket f’Malta, meta l-MCA, l-Akkademja tal-Krikit f’Malta, lagħbu l-ewwel logħbiet uffiċjali tagħhom kontra David Byas Cricket Academy minn Yorkshire, l-Ingilterra.

Byas, eks-kaptan u kowċ ta’ Yorkshire County Cricket Club, ħejja lit-tim Ingliż, filwaqt li t-tim Malti kien imħarreġ minn Darren Scott, eks-plejer professjonali ma’ Kent County CC, kowċ tat-3 livell u għalliem tal-edukazzjoni fiżika.

Din is-serje, li kienet tikkonsisti f’żewġ logħbiet ta’ 30 owver-il waħda, rat lit-tim Malti rebbieħ fiż-żewġ logħbiet. Il-pass li jmiss issa, huwa li jibnu fuq dan is-suċċess billi jorganizzaw u jippromwovu kompetizzjonijiet bħal dawn ġewwa Malta, kif ukoll jikkompetu barra minn xtutna.

 

L-iskor fil-qosor:

It-Tlieta 11 ta’ April – 30 over:

Malta Cricket Academy 96 għal 1 (S.Ewen 51*) għelbu lil DBCA 95 għal 5 (J.Matthews 25; W.Ahmed 2-8). Plejer tal-logħba: Scott Ewen (Malta)

L-Erbgħa 12 ta’ April – 30 over:

Malta Cricket Academy 173 għal 8 (D.Brooke 51*; H.Jackson 2-12) għelbu lil DBCA 160 għal 8 (N.Calau 25, S.Noble 25, R.Boddy 25; H.Scott 3-23). Plejer tal-Logħba: Devon Brooke (Malta).

 

Miktub minn...
TVM Sport