Oħrajn
Cricket: Tliet plejers ta’ West Indies jiddeċiedu li ma jivvjaġġawx mat-tim minħabba biża’ mill-coronavirus

Tliet plejers ta’ West Indies iddeċidew li ma jivvjaġġawx mal-kumplament tat-tim għall-partiti fl-Ingilterra tax-xahar id-dieħel minħabba biża’ mill-coronavirus.

Il-plejers Shimron Hetmyer, Darren Bravo u Keemo Paul iddeċidew ma jingħaqdux mat-tim għal tour ta’ partiti li għandhom fl-Ingilterra.

Il-partiti three-test-series, li kellhom jibdew illum, tmexxew għat-8 ta’ Lulju u se jintlagħbu mingħajr partitarji.

West Indies se jmorru fl-Ingilterra fid-9 ta’ Ġunju u se jkunu bbażati fl-istadium Emirates Old Trafford.

It-tliet partiti kontra t-tim nazzjonali Ingliż se jintlagħbu fit-8 ta’ Lulju, f’Ageas Bowl f’Southampton, u fis-6 u l-24 ta’ Lulju f’Emirates Old Trafford.

Miktub minn...
TVM Sport