Futbol internazzjonali
Cristiano Ronaldo b’rekord ieħor: Uffiċjalment l-ewwel plejer tal-futbol biljunarju

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor.

Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru.

Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu aktar minn biljun dollaru, jekk wieħed jikkunsidra l-valur tal-munita Amerikana.

L-uniku żewġ sportivi fl-Istorja li skont Forbes qabżu l-biljun dollarru fi flus fil-karriera huma l-golfista Tiger Woods fl-2009 u l-boxer Floyd Mayweather fl-2017.

Skont Forbes, Ronaldo qala’ 650 miljun dollaru fi 17-il sena kuntratti ta’ plejer professjonali u l-kumplament qalagħhom minn reklamar, sponsors u drittijiet tal-immaġini tiegħu.

Forbes qed jikkalkulaw li l-isportiv li jmiss jidħol fil-lista tal-biljunarji hu Lionel Messi fl-2021.

Miktub minn...
TVM Sport