Futbol internazzjonali
Cristiano Ronaldo l-aktar plejer tal-futbol li se jdaħħal flus f’dan l-istaġun…€107 miljuni

L-attakkant ta’ Manchester United Cristiano Ronaldo reġa’ telgħa fl-ewwel post tal-aktar plejer tal-futbol imħallas fid-dinja.

Skont Forbes, Ronaldo reġa’ qabeż lil Lionel Messi u f’dan l-istaġun se jkun qed jaqla’ 107 miljun ewro, qabel it-taxxa.

Id-dħul ta’ Ronaldo, minbarra minn Manchester United u t-tim nazzjonali tal-Portugall, se jkun ġej minn kumpaniji u sponsors personali tiegħu bħal Nike, Herbalife, Clear u l-brand CR7.

Ronaldo, ta’ 36 sena, reġa’ ngħaqad ma’ Manchester United mingħand Juventus wara 12-il sena.

Cristiano Ronaldo għandu aktar minn 500 miljun follower fuq facebook, instagram u twitter.

Wara Ronaldo u Messi fl-ewwel żewġ postijiet, hemm Neymar fit-tielet post, Mbappe fir-raba’ post u Mohammed Salah fir-raba’ post.

Il-lista tal-aktar 10 plejers li se jdaħħlu flus għal dan l-istaġun hija din:

Cristiano Ronaldo – €107m

Lionel Messi – €93.78m

Neymar – €81m

Kylian Mbappe – €36.66m

Mohamed Salah – €34.96m

Robert Lewandowski – €29.84m

Andres Iniesta – €29.50m

Paul Pogba – €28.99m

Gareth Bale – €27.28m

Eden Hazard – €24.72

Miktub minn...
TVM Sport