Cristiano Ronaldo pożittiv għall-COVID-19

Il-Plejer ta’ Juventus Cristiano Ronaldo ttestja pożittiv għall-COVID-19. Din l-aħbar li ġiet irrapurtata l-ewwel fil-media taljana u kienet ikkonfermata wkoll mill-Federazzjoni tal-Futbol Portugiża. Ronaldo sarlu ‘swab test’ ta’ rutina bħal-kumplament tal-plejers Portugiżi qabel il-logħba valida mill-UEFA Nations League ta’ għada kontra l-Iżvezja u rriżulta pożittiv.

Il-Federazzjoni Portugiża qalet li Ronaldo jinsab f’kundizzjoni tajba u m’għandu ebda sintomi. Il-plejer ġie iżolat immedjatament.

Sa ftit qabel it-test Ronaldo kien ħa selfie minn fuq il-mobile tiegħu mal-medja tal-ikel mal-plejers sħabu fil-lukanda fejn jinsabu alloġjati jippreparaw għal dan il-konfront kontra l-Iżvezja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.