Futbol internazzjonali
Cristiano Ronaldo uffiċjalment ma’ Juventus

Suq tat-trasferimenti – issa hija uffiċjali li Cristiano Ronaldo ser jingħaqad mat-tim ta’ Juventus fis-sigħat li ġejjin. Jidher li Juventus ser iħallsu s-somma ta’ €105 miljun lil Real Madrid għall-akkwist tal-Portugiż wara trattazzjonijiet intensivi li saru matul il-ġurnata tat-Tlieta. Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli kien fil-Greċja, fil-lukanda ta’ Ronaldo, fejn saru l-aħħar diskussjonijiet dwar dan it-trasferiment, bl-aġent ta’ Ronaldo Jorge Mendes preżenti f’Madrid biex jagħlaq mal-Madrileni.

Dan se jkun it-tmiem ta’ Ronaldo minn ma’ Real Madrid wara disa’ staġuni, fejn fihom skorja 451 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha. Ma’ Real huwa rebaħ żewġ kampjonati, żewġ Tazzi tar-Re kif ukoll erba’ Champions League, bl-aħħar waħda tkun xahrejn ilu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Manchester City, Raheem Sterling, akkuża lill-media li hija kompliċi fl-abbużi razzjali li hu u plejers oħra qiegħed ikollhom fil-logħbiet tal-Kampjonat Premier Ingliż. Fil-logħba tas-Sibt kontra Chelsea, fi Stamford…

Futbol internazzjonali

Għada filgħaxija tiġi fi tmiemha l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, bi Grupp Ċ jibqa’ l-aktar grupp interessanti meta kollox ser jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata għaliex s’issa l-ebda tim għadu m’għamilha…

Futbol internazzjonali

Fil-posticipo fl-Italja, Milan u Torino ħadu punt kull wieħed meta f’San Siro l-logħba spiċċat fi dro ta’ 0-0. B’dan id-dro, Milan jinsabu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika b’26 punt, punt biss…

Futbol internazzjonali

It-tim Arġentin ta’ River Plate huma r-rebbieħa tal-Copa Libertadores 2018. Huma kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex dawru l-logħba u fil-ħin barrani għelbu lit-tim ta’ Boca Juniors bl-iskor ta’…

Aktar