Motorsport
Dakar Rally: Al-Attiyah u Brabec jirbħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju

Nasser Al-Attiyah tal-Qatar kompla jkabbar il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-klassifika meta lbieraħ rebaħ ir-raba’ stadju tada-Dakar Rally, bl-Amerikan Ricky Brabec jirbaħ il-kategorija tal-muturi u saħansitra rnexxielu jmur fuq quddiem fil-klassifika ġenerali.

Fil-karozzi, it-taqtiegħa kienet bejn Al-Attiyah u l-Franċiż Stéphane Peterhansel, fejn wara ġurnata missielta, is-sewwieq Qatari spiċċa minuta u 52 sekonda qabel l-avversarju dirett tiegħu, u b’hekk Perterhansel issa jinsab fit-tieni post tal-klassifika ġenerali. Il-Polakk Jakub Przygoński, għat-tieni darba f’din l-edizzjoni spiċċa fit-tielet post tal-istadju, u tela’ fir-raba’ post tal-klassifika.

Ricky Brabec, li qabel beda dan ir-raba’ stadju kien fit-13-il post fil-klassifika, iddomina l-ġurnata kollha, tant li spiċċa rebaħ b’distakk ta’ sitt minuti u 19-il sekonda fuq l-Awstrijak Matthias Walker. L-Awstraljan Toby Price spiċċa l-istadju fit-tielet post. Minħabba dan id-distakk qawwi u minħabba stadju xejn sodisfaċenti għaċ-Ċilen Pablo Quintanilla, Brabec issa mar fil-quċċata tal-klassifika u għandu ftit aktar minn 2 minuti vantaġġ fuq Quintanilla, bi Price jinsab fit-tielet post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb….

Sports Internazzjonali

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħareġ jiċċelebra flimkien ma’ 2 miljun ruħ għar-rebħ tal-NBA mit-Toronto Raptors. Skont il-Prim Ministru Kanadiż, din ma kenitx biss rebħa ta’ tim, imma rebħa ta’…

Motorsport

Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ f’pajjiżu fil-Moto GP tal-Katalunja. Dan wara li fil-bidu tat-tellieqa, mat-tieni lap, diversi sewwieqa spiċċaw mal-art b’Jorge Lorenzo jkun wieħed minnhom. Il-Franċiż Fabio Quartararo spiċċa t-tieni,…

Motorsport

Motorsport: L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1 għal darbtejn Fernando Alonso rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena 2019 ta’ Le Mans 24. Flimkien mas-sewwieqa l-oħra tat-team fuq Toyota Kazuki Nakajima u Sebastien…

Aktar