Motorsport
Dakar Rally: Carlos Sainz jirbaħ it-tielet stadju u jitla’ l-ewwel fil-klassifika

L-Ispanjol Carlos Sainz rebaħ it-tielet stadju tar-Rally ta’ Dakar u tela’ fl-ewwel post tal-klassifika. Fid-deżert ta’ Neom, Sainz fetaħ vantaġġ ta’ 4 minuti u 55 sekonda fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah li qiegħed jiddefendi t-titlu li rebaħ is-sena l-oħra. L-Arġentin Orlando Terranova niżel fit-tielet post, u jinsab tmien minuti ‘l bogħod minn Carlos Sainz wara li fit-tielet stadju ma marx daqstant tajjeb.

S’issa tliet sewwieqa differenti rebħu l-ewwel tliet stadji tar-rally ta’ din is-sena. Għal Sainz din kienet it-33 rebħa fil-karriera tiegħu, u qiegħed jittama li jżid maż-żewġ unuri oħra li rebaħ f’rallys preċedenti. Għall-Ispanjol l-ieħor Fernando Alonso, it-tielet stadju kien pjuttost pożittiv meta daħal fil-ħames post, imma għadu ħafna ‘l bogħod minn Sainz, xejn inqas minn sagħtejn u 40 minuta minħabba li tilef ħafna ħin meta fit-tieni stadju baqa’ dieħel ġo blata.

Is-sewwieq mill-Emirati Għarab Magħquda, Khalid al Qassimi kellu jieqaf mir-Rally wara li nqaleb bil-Peugeot u ma jistax isuqha aktar.

Fil-kategorija tal-muturi, l-Amerikan Ricky Brabec rebaħ it-tielet stadju fuq il-Honda u mar fuq quddiem fil-klassifika meta qabeż lill-Brittaniku Sam Sunderland.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz jinsab stadju ‘l bogħod milli jirbaħ id-Dakar Rally 2020. Fit-tmiem tal-istadju ta’ qabel tal-aħħar, Sainz kellu 10 minuti vantaġġ fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah, u ftit tas-sekondi aktar…

Motorsport

Is-Sewwieq Malti Noel Galea li jikkompeti b’mod regolari ġewwa Sqallija ġie ikkonfermat Champion tal-klassi li jikkompeti fiha. Il-Klassi hija magħrufa bħalha Grupp E2SH u Klassi 2000. Il-grupp jindika it-tip ta…

Aktar