Motorsport
Dakar Rally: Carlos Sainz jirbaħ l-10 stadju u jkabbar il-vantaġġ

L-Ispanjol Carlos Sainz reġa’ kabbar il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta rebaħ l-għaxar stadju fir-Rally ta’ Dakar. Dan l-istadju kellu jitwaqqaf minħabba rjiħat qawwija u kundizzjonijiet xejn tajba tat-temp fid-deżert tal-Arabja Sawdija. L-istadju twaqqaf wara 223 kilometru, fejn is-sewwieqa li kienu fid-deżert kellhom jitkellmu bejniethom sakemm waslu lura f’Shubaytah. Qabel ma’ beda l-istadju, Sainz kien biss 24 sekonda quddiem Nasser Al-Attiyah, imma rnexxilu jkabbar dan il-vantaġġ għal 18-il minuta u 10 sekondi. Al-Attiyah spiċċa fit-tieni post,filwaqt li Stephane Peterhansel daħal it-tielet.

Stadju xejn pożittiv għal Fernando Alonso li spiċċa nqaleb bil-karozza tiegħu imma fortunatament ma’ ġralu xejn. Alonso kompla jsuq matul dan l-istadju mingħajr windscreen minħabba li nkisirlu waqt li nqaleb.

Fil-kategorija tal-muturi l-Amerikan Ricky Brabec spiċċa t-tieni wara l-Ispanjol Joan Barreda Bort, imma kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-klassifika għal 25 minuta fuq iċ-Ċilen Pablo Quintanilla. L-Awstraljan Toby Price, li qiegħed jiddefendi t-titlu, jista’ jaqta’ qalbu li jerġa’ jirbaħ din l-edizzjoni meta jinsab 28 minuta ‘l bogħod minn Brabec.

Il-Ħamis jinstaq il-11-il stadju bir-Rally ta’ Dakar tiġi fi tmiemha l-Ġimgħa 17 ta’ Jannar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Aktar