Motorsport
Dakar Rally: Carlos Sainz u Ricky Brabec mistennija jirbħu l-kategoriji tagħhom fl-aħħar stadju

L-Ispanjol Carlos Sainz jinsab stadju ‘l bogħod milli jirbaħ id-Dakar Rally 2020. Fit-tmiem tal-istadju ta’ qabel tal-aħħar, Sainz kellu 10 minuti vantaġġ fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah, u ftit tas-sekondi aktar fuq it-tielet sewwieq, Stephane Peterhansel. Il-Franċiż Peterhansel temm il-11-il stadju fl-ewwel post fuq distanza ta’ 379 kilometru minn Shubaytah sa Haradh Għal Peterhansel dan kien ir-raba’ stadju li fih spiċċa l-ewwel, u t-tmenin wieħed fil-karriera tiegħu. Bir-rebħa tal-bieraħ Peterhansel jinsab sitt sekondi biss wara Al-Attiyah, bil-Qatari jispiċċa l-istadju fit-tieni post u naqqar bi tmien minuti l-vantaġġ li kellu Sainz fuqu. L-Ispanjol spiċċa l-istadju fit-tielet post, u jittama li fl-aħħar stadju tal-Ġimgħa jirnexxilu jżomm id-distakk fil-quċċata sabiex jirbaħ ir-Rally ta’ din is-sena.

Fil-kategorija tal-muturi, l-Amerikan Ricky Brabec jidher li ser itemm id-dominanza tal-muturi KTM, li ilhom jirbħu edizzjoni wara l-oħra għal dawn l-aħħar 18-il sena. Brabec, li jsuq mutur Honda, jinsab fuq quddiem, 14-il minuta qabel iċ-Ċilen Pablo Quintanilla li rnexxilu jirbaħ l-istadju ta’ qabel tal-aħħar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Alex Marquez rebaħ l-ewwel Moto GP tal-karriera tiegħu, biss is-suċċess tiegħu kien online u mhux fuq it-trakka. F’tellieqa li saret għall-ewwel darba wara li l-istaġun tal-Moto GP ukoll ġie sospiż…

Motorsport

Il-FIM ikkonfermat li ttieħdet id-deċiżjoni li tipposponi wkoll it-tieni Grand Prix tal-istaġun li kien se jiftaħ il-kampjonat 2020 wara li kien pospost ukoll l-ewwel Grand Prix tal-Qatar. It-tieni Grand Prix…

Motorsport

Sebastien Ogier rebaħ ir-Rally tal-Messiku għas-sitt darba fil-karriera tiegħu, f’rally li kienet differenti minn tas-soltu għaliex twaqqfet ħesrem is-Sibt. Minħabba r-restrizzjonijiet minn diversi pajjiż dwar l-ivjaġġar, ġie deċiż li r-rally…

Motorsport

Formula E: Kien is-sewwieq tat-team DS Techeetah Antonio Felix da Costa li rebaħ l-E Gran Prix li sar f’Marrakesh wara li kien beda mill-Pole position. Antonio Felix da Costa sar…

Aktar