Motorsport
Dakar Rally: Il-ħolma ta’ Ricky Brabec tintilef fir-ramel tal-Peru

L-Awstraljan Ricky Brabec ra l-ħolma tiegħu tgħib fir-ramel meta problemi fil-makna tal-mutur tiegħu ġegħluh jirtira għat-tieni sena konsekuttiva. Min-naħa l-oħra, tmien stadju mill-aqwa għall-Awstraljan Toby Price li fuq il-KTM irnexxielu jirbaħ u qabeż liċ-Ċilen Pablo Quintanilla fil-klassifika ġenerali bi ftit aktar minn minuta. Dan it-tmien stadju kien fuq distanza ta’ 360 kilometru minn San Juan de Marcona sa Pisco.

It-tellieqa tal-muturi qiegħda kulma tmur issir waħda eċitanti ħafna, tant li fl-aħħar żewġ stadji għadu kollox miftuħ beraħ. Għal Brabec kienet ħolma oħra kerha, pjuttost ħmar il-lejl, għaliex sakemm kellu jirtira kien fil-quċċata tal-klassifika, bi kważi 8 minuti vantaġġ fuq l-avversarji tiegħu u kien qiegħed jittama li jsir l-ewwel Amerikan li jirbaħ id-Dakar Rally.

Fil-kategorija tal-karozzi, jidher li sakemm ma jinqalgħalu xejn fl-aħħar żewġ stadji, Nasser Al-Attiyah ser jirbaħ it-tielet Dakar Rally tal-karriera tiegħu meta fit-tmien stadju huwa fetaħ vantaġġ ta’ 46 minuta u 29 sekonda fuq il-kompetituri tiegħu. It-tmien stadju kiem mirbħu mill-Franċiż Sebastien Loeb, ir-raba’ stadju li rebaħ f’din l-edizzjoni, u b’hekk tela’ fit-tielet post tal-klassifika wara l-Ispanjol Nani Roma.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ f’pajjiżu fil-Moto GP tal-Katalunja. Dan wara li fil-bidu tat-tellieqa, mat-tieni lap, diversi sewwieqa spiċċaw mal-art b’Jorge Lorenzo jkun wieħed minnhom. Il-Franċiż Fabio Quartararo spiċċa t-tieni,…

Motorsport

Motorsport: L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1 għal darbtejn Fernando Alonso rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena 2019 ta’ Le Mans 24. Flimkien mas-sewwieqa l-oħra tat-team fuq Toyota Kazuki Nakajima u Sebastien…

Motorsport

L-Amerikan Travis Pastrana qiegħed jittama li jkollu suċċess kbir meta għall-ewwel darba, in-Nitro World Games se jsiru barra l-Istati Uniti. Dan is-sewwieq, li fl-2017 niżżel ismu fl-istorja meta għamel backflip…

Motorsport

Kamui Kobayashi poġġa lit-Toyota fil-pole position proviżorju għat-tellieqa ta’ Les Mans. It-Toyota huma ċ-champions renjanti u allura jridu jiddefendu t-titlu li rebħu s-sena li għaddiet b’Alonso, Nakajima u Buemi. Il-Ġappuniż…

Aktar